Download mp3
Download Antifona lil San Guzepp Rabat tal-Imdina to youtube mp3
Private – Festa San Guzepp Rabat (Malta)
Download San Ġuzepp Rabat-Imdina 2015: Ħruġ minn-niċċa HD. mp3.
Marzu fuq l-ghatba
Nhar l-Erbgħa ngħatu bidu għax-xahar sabiħ ta’ Marzu. Xahar iddedikat lil Kbir Qaddis tagħna San Ġużepp u li f’dan ix-xahar ir-Rabat u r-Rabtin jiċċelebraw bi kbir u kif jixraq il-festa sabiħa u kbira ad unur San Ġużepp.
Nirringrazzjaw lil dawk ir-rabtin kollha li qed jaħdmu biex tkun tista ssir din il-festa tant kbira u dinjituza, tant persuni jaħdmu bla nifs fil-Knisja u s-Santwarju, Maħżen tal-Armar, Każin tal-Banda u Kamra tan-Nar biex kollox ikun mill-aqwa u mill-aħjar. Grazzi lilkom li minn qalbkom offrejtu u qed tkomplu toffru d-donazzjonijiet taghkom biex nkunu nistghu niccelebraw din il-festa. Fid-djar kollha tar-Rabat, Mdina, Mtarfa, Dingli, Bahrija u l-madwar fil-jiem li gejjien ser jitqasam il-programm tal-festa.
F’dawn il-ġranet niftakru ukoll f’dawn kollha li ma jistgħux jingħaqdu magħna biex jiċċelebraw minħabba mard jew mumenti diffiċli oħra, nitolbu għalikom biex San Ġużepp jkompli jħares lilkom.
SAN ĠUŻEPP TA’ QALB SAFJA ITLOB GĦALINA.
VIVA SAN ĠUŻEPP PATRUN UNIVERSALI
Adrian Zahra
26 February at 21:13