L-Istatwa Processjonali ta’ San Guzepp
L-istatwa proċessjonali ta’ San Ġużepp ġiet irregalata lill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp fl-1890, mir-Rev. Mons. Kan. Dr. Paolo Pullicino, li kien Protettur u Benefattur ta’ l-imsemmija Arċikonfraternita. Ġiet maħduma fil-kartapesta fuq stil neo-klassiku fil-fabbrika “Gallard et Fils” f’Marsilja, fi Franza, fuq id-disinn tal-magħruf artista Luigi Fontana minn Monsanpietrangeli.
Fl-1930, il-libsa ta’ l-istatwa ġiet sgraffita minn żewġ imgħallmin li kienu membri ta’ l-istess Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp. Dawn kienu l-induratur Ġużeppi Farrugia w id-dekoratur Mikiel Fsadni.
Il-pedestal ta’ l-istatwa ġie maħdum fl-injam fl-istess sena li ġiet irregalata l-istatwa. Fl-1985 ġie miksi bil-fidda, ix-xogħol tiegħu sar mill-Arġentier u Ġistillatur Tarcisio Cassar miż-Żejtun. Dan sar bil-kontribuzzjoni tad-devoti ta’ San Ġużepp.
L-erba’ anġli li jdawru dan il-pedestall, huwa xogħol artistiku maħduma fl-injam fil-fabbrika ‘Rosa, Zanazio e Co’ f’Ruma, fl-1902.
Fl-1986, l-istatwa ġiet restawrata billi tnaddfet. Ir-restawr fuq il-libsa sar mill-Induratur Horace Farrugia mill-Imdina, filwaqt li r-restawr tal-karneġġjon sar minn Carmelo Azzopardi mir-Rabat, membru fi ħdan l-imsemmija Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp
Fl-1905 saret il-bradella u l-bankun ta’ l-istatwa. Din ġiet maħduma fl-injam mill-imgħallem Francesco Tonna u skulturata mill-imgħallem Agostino Muscat żewġ membri fi ħdan l-istess Arċikonfraternita, fuq id-disinn tal-magħruf skultur Antonio Sciortino. Din ġiet irregalata mir-Rev. Dun Sante dei Marchesi De Piero, D’Amico Inguanez, li kien Rettur u Benefattur ta’ din l-Arċikonfraternita.
Fl-1981 sar il-mant (pavaljun) tal-bellus blu bir-rakmu tad-deheb, infurat b’damask imbrukat, sabiex taħtu titpoġġa din l-istatwa sabiħa ta’ San Ġużepp fil-knisja matul il-jiem tal-Festa. Il-Ħjata saret minn Ġużeppi Azzopardi. Il-Kuruna rjali li tagħaqqad dan il-mant, ġiet maħduma fl-injam mill-imgħallem Salvu Tonna (membru ieħor fi ħdan din l-imsemmija Arċikonfraternita) filwaqt li ġiet miksija bil-fidda mill-imsemmi Arġentier Tarcisio Cassar miż-Żejtun.
- 3 t’ April 1949: F’konsulta Ġenerali Strordinarja ta’ l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, li saret fl-Oratorju tal-istess Fratellanza fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat tal-Imdina, ġie imħabbar mir-Rettur Mons. Dun Ġiuseppe Vassallo, biex tinħatar kummissjoni mill-istess Fratellanza, sabiex taħdem ħalli jkun jista jinkiseb il-permess meħtieġ mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex l-istatwa antika ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Din l-aħbar ġiet milqugħa b’akklamazzjoni kbira u b’ċapċip kbir mill-membri preżenti li kienu ilaħqu il-fuq minn mitejn ruħ.
- 1 ta’ Ġunju 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Intaqet għall-ewwel darba l-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni biex din tagħmel it-talba tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, tal-poplu tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Poplu malti kollu biex tiġi inkurunata l-Istatwa ta’ San Ġużepp.
- 10 ta’ Diċembru 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Ġie deċiż li għandha tintbgħat petizzjoni lill-Qdusija Tiegħu l-Papa mill- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina f’ isem il-poplu malti iffirmata minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi.
- 10 ta’ Jannar 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni n-Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna, stieden lir-Rev. Patri Mro. Benedetto Pirotta O.S.A.biex jaqra’ l-petizzjoni li kien ħejja, biex din warali ġiet iffirmata mill-membri tal-imsemmija Kummissjoni, intbgħatet lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti fuq rakkomandazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Fil-fatt din il-petizzjoni ġiet mibgħuta fit-12 ta’ Jannar 1950.
- 30 ta’ Marzu 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni, qara l-ittra tat-18 ta’ Marzu 1950, maħruġa mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Li ġiet mibgħuta lill-Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, b’risposta għar-rikors li kienet għamlet l- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp. Fejn fl-imsemmija ittra, il-Kongregazzjoni tar-Riti, ċaħdet it-talba ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa ta’ San Ġużepp.
- 30 ta’ November 1950: Reġa’ sar tentativ ieħor biex it-talba tal-Arċikonfraternitata’ San Ġużepp u tal-Poplu Malti; sabiex tiġi inkurunata l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi aċċettata mis-Sagra Kongregazzjini tar-Riti permezz tal-Wisq Rev. Patri Provinċjal Anġeliku Azzopardi O.F.M. flimkien mal-Mastru Ġenerali tal-istess Ordni, l-wisq Rev. Patri Pacifica Perantoni, bil-permess tal-Kummissjoni ta’ l-Inkurunazzjoni.
- 28 ta’ Diċembru 1950: fl-ittra maħruġa mis-sagra Kongregazzjoni tar-Riti, fid-data imsemmija reġet ċaħdet it-Talba tal-Inkurunazzjoni.
- 29 ta’ Mejju 1956:fl-laqgħa li saret għall-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, inqara id-dokument fejn fih reġġet saret mill-ġdid it-talba lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, għall-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Ġużepp. Fejn nhar l-1 ta’ Ġunju 1956, l-imsemmi dokument (rikors)ġie ffirmat mill-membri tal-isemmija Kummissjoni u minn Mons. Arċisqof Gonzi. Wara dan id-dokument ġie mibgħut mill-Ministru Provinċjal tal-Minuri Patri Alfonfs Camilleri lill-Prokuratur Ġenerali tal-Ordni, l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli (Konsultur Kwalifikat tal-Kongregazzjoni tar-Riti). Fejn dan id-dokument ġie preżentat lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Fil-Fatt ftit jiem wara l-Imsemmi rikors ġie aċċettat mill-istess Kongregazzjoni.
- 27 ta’ Lulju 1956: Ġewwa Castell Gandolfo l-Q.T l-Papa Piju XII, ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta’ San Ġużepp.
- 3 ta’ Settembru 1956:il-Ministru Provinċjal l-Wisq Rev. Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva l-aħbar mingħand il-Prokuratur Ġenerali l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli O.F.M., li l-Kardinal Preffet tas-sagra Kongregazzjoni tar-Riti kien laqgħa t-talba biex l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Wara t-talba ġiet moqrija quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex imbgħad il-Papa ta l-approvazzjoni tiegħu u ħareġ id-Digriet taħt forma ta’ Brevi.
- 27 ta’ Settembru 1956: il-Ministru Provinċjal Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva d-digriet “Brevi Appostoliku” mingħand il-qdusija Tiegħu l-Papa Piju XII, li bih l-istatwa ta’ San Ġużepp setgħet tiġi inkurunata.
- 7 t’ Ottubru 1956: fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fl-10 u kwart ta’ filgħodu il-wisq Rev. Patri Provinċjal Alfons Camilleri O.F.M. qara’ il-Brevi Appostoliku tal-Papa Piju XII, quddiem folla kbira ta’ nies li nġabret fil-Knisja u wara tkanta “Te Deum” b’ringrazzjament lil-Alla ta’ dan il-Privileġġ hekk kbir.
Kitba:- Anthony Casha
Personaġġi mportanta u ir-rabta tagħhom mal-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp
Il-prim imhallef sir Anthony Mamo li zamm fuq imhadda izghar mill-ohra l-Kuruna tad-deheb ghall-Bambin.