Warning: Use of undefined constant user_level - assumed 'user_level' (this will throw an Error in a future version of PHP) in /home/rabatmal/public_html/websites/sanguzepp.rabatmalta.com/wp-content/plugins/ultimate-google-analytics/ultimate_ga.php on line 524
L-Eqdem Purċissjoni fil-gżejjer Maltin – Il-Ġimgħa l-Kbir fir-Rabat tal-Imdina.
Ġrajja t’ iktar minn 450 sena.
F’Diversi bliet u rħula maltin isiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda l-eqdem purċissjoni hija dik li toħroġ mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ (Ta’Ġieżu) organniżżata mill-Veneranda Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Hawn insibu li l-antenati tagħna minn dejjem kienu juru devozzjoni u qima kbira lejn il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, tant li fl-Abbatija ta’ Dejr u l-Katakombi ta’ Sant’ Agata insibu affreski li jixdhu dan kollu. Qrib il-Belt tal-Imdina inssibu l-Kappella ta’ San Ġużepp flimkien mal-Oratorju illum is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat. Ma ġend din il-Kappella lejn l-1500 il-Patrijiet Franġiskani Minuru waqqfu il-Kunvent tagħhom hawn u bnew il-Knisja ta’ Santa’ Marija ta’ Ġesu’. F’dan il-kunvent f’ Awissu 1534 miet l-ewwel Gran Mastru tal-Ordni f’ Malta L’Isle Adam, li fdal tiegħu għadu jinsab midfun ħdejn il-Kappella ta’ San Ġużepp.
Niġu issa għal-vari li jinħarġu waqt din il-purċissjoni antika.
- L-ewwel vara hija dik tal-Orazzjoni ta’ Kristu fl-Ort. Din saret mill-Istatwarju Mosti Antonio Mifsud (in-Najċi) fl-1825 mill-kartapesta. Ir-Raġġiera tal-fidda madwar ras Ġesu’ kienet irregalata fl-1882 minn Nobbli Ursola Grech Delicata Theuma Castelleti.
- It-tieni vara hija dik tat-Tradiment ta’ Ġuda. Din il-vara maħduma riċenti fil-kartapesta mill-istatwarju Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi fl-1982.
- It-tielet vara hija dik tal-Marbut. Il-vara tagħna hija waħda mill-eqdem vari tal-Passjoni f’ Malta. Hija vara tas-seklu sittax li l-awtur tagħha mhux magħruf iżda jidher li kien skultur tajjeb. Din hija vara tqila maħduma minn zokk wieħed ta’ siġra u l-Figura ta’ Kristu narawa li għandha anatomija tajba ħafna b’muskulatura maskili.
- Ir-raba’ vara dik li tirappreżenta lil Kristu Inkurunat bix-xewk jew l-Ecce Homo, hija maħdumha fil-kartapesta xogħol ta’ l-Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi fl-1984.
- Il-ħames vara dik tar-Redentur hija xogħol sabiħ fil-kartapesta ta’ awtur mhux magħruf. Hija xbieha li turi lil Kristu mgħobbi bil-salib. Lejha hemm devozzjoni kbira u hija meqjusa bħala mirakoluża.
- Is-sitt vara insibu dik tal-Veronika. Din il-Vara preżenti naraw mara bil-wieqfa li qed turi fil-velu tagħha x-xbiha ta’ Kristu. Qabel din kien hemm oħra iżjed antika. Din preżenti inħadmet fil-kartapesta mill-istatwarju senglean Karlu Darmanin fl-1880 u tħallset mill-Baruni Giuseppe De Piro Gourgion.
- Is-seba’ statwa hija waħda unika f’Malta, din tirappreżenta l-Għaxar Stazzjon. Hija vara maħduma fil-Kartapesta fl-1984 minn Alfred Camilleri Cauchi minflok oħra li kienet inġiebet minn Bari xogħol ta’ Salvatore Bruni fl-1962 u li kienet tmermret għal kollox.
- It-tmien vara hija dik tal-Kruċifissjoni jew aħjar il-Vara l-Kbira. Il-Kurċifiss ferm antik tant li insibu li fl-1741 il-fratellanza ta’ San Ġużepp ħadet ħsieb tagħmillu raġġiera tal-fidda. Dan il-korp jirappreżenta lil Kristu fl-Agunija tiegħu dan jidher kemm fil-pożizzjoni kif ukoll fil-ħarsa tal-wiċċ. Din il-figura għanda anatomija tajba ħafna tant li wieħed jista’ josserva l-għadam żlugat. Taħt is-salib naraw il-figura tal-Madonna u l-Maddalena għarkobbtejha fuq in-naħa tax-xellug filwaqt li fuq il-lemin hemm San Ġwann l-Evanġelista. Jolqtuk ħafna il-pożizzjonijiet tal-Madonna u San Ġwann li bejniethom qisa għaddeja xi konversazzjoni. Il-Kundanna miktuba fuq is-Salib hija miktuba bl-Ebrajk, il-Grieg u l-Latin eżatt kif kitieba Pilatu skond il-Vanġeli. Din hija xi ħaġa unika u realistika li insibuha biss fir-Rabat tal-Imdina. Fl-imgħoddi billi din il-vara kienet tidħol ukoll fil-belt tal-Imdina is-salib kellu iċ-ċapetti biex ikun jista’ jgħaddi mill-bieb ta’ din il-belt.
- Id-disa’ vara hija dik tal-Monument. Il-Monument tagħna jikkonsisti f’urna barokka li nħadmet fi Sqallija għal ħabta tal-1500. L-urna hija indurata bid-deheb u tinsab priservata fis-Santwarju ta’ San Ġużepp taħt in-niċċa ta’ San Ġużepp Inkurunat. L-urna preżenti hija replika ta’ din li semmejna. Din saret fl-1953 u inħadmet mill-imgħallem Ġużeppi Muscat, l-iskultura saret mis-Surmast Carmelo Tonna u indurat minn Ġużeppi Farrugia mill-Imdina. It-Tlieta kienu Fratelli attivi ta’ San Ġużepp. Il-korp ta’ Kristu li huwa sabieħ ħafna għadu l-oriġinal ta’ awtur mhux magħruf. Dan il-monument ikun imżejjen b’44 globu tal-ħġieġ li jinxtegħlu bix-xema’ matul il-purċissjoni. Miegħu jakkumpanjaw erba’ fratelli