Rizorsi

Innu Popolari lill San Ġużepp
“Lill Ġużeppi ejjew Faħħru”
Mużika: Mro. Carlo Diacono
Versi: Prof. Anastasio Cuschieri O.Carm.
Lill-Ġużeppi ejjew Faħħru
intom tfal intom tfajliet
Ġibu magħkom Ġilji bojod
u xerrduhom bil-mijiet.

Għax bħal ġilju kienet qalbu
Safja mbegħda mill-ħtijiet
Minn ta’ Malti u ta’ Nisrani
id-Demm jiġri jħoss ġo fih
lil Ġużeppi jfaħħar magħna
f’ dal Jum tiegħu tant sabieħ.
Sliem Għalik għax fuqek Alla

Għajnejh xeħet mis-Smewwiet,
lilek għażel b’għarus t’Ommu
Bħal Missier Hu lilek ried.
Lilek qiegħed biex tħarishom
Fuq kemm għandha l-Knisja Ulied.
Lil Ġużeppi Komplu faħħru

Intom tfal, intom tfajliet,
Għax bħal tagħkom kienet qalbu
Safja mbegħda mill-ħtijiet.
Dil-mixgħela li qed tara
U diż-żina fit-triqat.
Dana l-għana li qed tisma’
Kollu ħegga ta’ xewqat.

Mhux ħlief nar ħiereġ min qlubna
Mhux hlief ferħ mingħajr frugħat.
Lil Ġużeppi Komplu faħħru
Intom tfal, intom tfajliet,
Għax bħal tagħkom kienet qalbu
Safja mbegħda mill-ħtijiet.

Meta fuqhom lil ta’ qbilna
Ġiet is-siegħa tal-kefrin,
Int il-qalbhom mort tqawwilhom
U għamilthom rebbiħin.
Bħalhom aħna rridu nkunu
Sħaħ fil-fidi u qalbenin.

Lil Ġużeppi Komplu faħħru
Intom tfal, intom tfajliet,
Għax bħal tagħkom kienet qalbu
Safja mbegħda mill-ħtijiet.
Inti r-Rabat u l-Imdina
Int l-Art kollha tal-Maltin

Ħares dejjem minn kull deni
O Sultan tal-Qaddisin
Fil-Mewt tagħna ieqaf magħna
O Missier l-Aktar Ħanin.
Minn ta’ Malti u ta’ Nisrani
id-Demm jiġri jħoss ġo fih
b’talb u sliem, b’tifħir u għana
Lil Ġużeppi jagħti Ġieħ.

Ringrazzjament Adrian Zahra talli provda l-materjal.

Nizzel l-innu mis-sit tal-Banda L’isle Adam


Comments are closed.