Ghaqda Muzikali L’Isle Adam A.D.1860
Fis-sena 1800 fir-Rabat diga kienet tezisti banda li kienet maghrufa bhala l-banda ta’ l-Imdina ghalkemm kienet stazzjonata fir-Rabat. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li fil-karnival tas-sena 1800 il-banda hadet sehem fil-festa li saret fil-Palazz tal-Gran Mastru gewwa l-Imdina. Din l-attivita’ kienet tikkonsisti f’akkademja. Kuncert u ballu.
Fis-sena 1854 gruppi ta’ zghazagh kienu jitharrgu fil-muzika taht it-tmexxija ta’ Mastru Indri Borg. F’dan iz-zmien il-Banda bidet tiehu xejra aktar organizzata.
Fl-1860 inghatat ufficjalment l-isem ta’ Filarmonika L’Isle Adam bl-ewwel Surmast ufficjail taghha jkun l-istess Indri Borg. L-isem li ssemmiet ghalih il-banda kien propju ghall-ewwel Gran Mastru ta’ l-Ordni billi dan kellu devozzjoni kbira lejn San Guzepp.
L-ewwel dar li abitat fiha u li tissemma matul l-istorja ta’ din il-banda hija dik ta’ numru 76 Triq Doni, kantuniera ma’ Triq San Bartilmew meta fl-1854 kienu jiltaqghu fiha grupp ta’ zghazagh biex jitharrgu l-muzika.
Mro. Joseph Galea
Joseph Galea
Is-Surmast Joe Galea twieled ġewwa r-Rabat, fis-27 ta’ Ġunju fl-1948. Huwa bin il-mejjet Ċensu u martu Anastasia. Huwa miżżewweġ lil Michelle u għandhom tlett itfal, Denise, Stasienne u Joseph.
Il-karriera fil-qasam mużikali bdiet meta kellu tlettax-il sena, fejn beda jitgħallem il-Flicorno Basso fil-kazin tal-Banda L’Isle Adam u ħareġ idoqq mal-banda għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġużepp ta’ l-1963. Il-ħajra li kellu għal mużika ġiet imsaħħa taħt it-tmexxija tal-mibki s-Surmast Anton Muscat Azzopardi. Taħt dan is-Surmast tgħallem l-armonija, il-pjanu u anke l-kant. Tajjeb li ngħidu li s-Surmast Muscat Azzopardi ħajru għal mużika sagra tant hu hekk li ilu għal dawn l-aħħar bosta snin jidderieġi l-kor u l-orkestra fil-festa ta’ San Ġużepp fit-tlett ijiem tat-tridu u anke fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, li t-tnejn jiġu ċċelebrati fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, fir-Rabat.
Rigward il-kompożizzjoni mużikali nsibu li s-Surmast Joe Galea għandu repertorju sabiħ ta’ marċi brijjużi u anke dawk funebri. Insibu wkoll mużika sagra. Fosthom insibu antifona ddedikata lil San Ġużepp, “Joseph Figli David” li tindaqq ta’ kull sena fit-tridu ta’ San Ġużepp, kif ukoll ikkompona innu fl-okkażjoni tas-VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp. Barra minhekk għandu wkoll preludju ddedikat lil San Ġużepp “Ilqa’ minn qalbna” kif ukoll il-mużika tad-dramm “Int min int”. Barra minn dawn għandu diversi xogħlijiet oħra mużikali kif ukoll arranġamenti. Fl-Għaqda Mużikali L’Isle Adam is-Surmast Joe Galea nsibuh jokkupa l-kariga għal bosta snin, fil-kumitat u anke kien Delegat tal-Banda. Fl-1978 kien ġie maħtur bħala Assistent Surmast tal-banda u anke beda jieħu ħsieb it-tagħlim ta’ l-allievi. Nistgħu ngħidu li s-Surmast Joe Galea, fis-sena 1985, kienet sena impenjattiva għalih peress li f’din is-sena s-Surmast Philip Gatt kien irtira minħabba saħħtu, kellu jkompli jmexxi l-banda hu. Din kienet is-sena fejn il-banda kienet qed tfakkar il-125 sena mit-twaqqif tagħha. Żewġ programmi mportanti matul is-sena 1985 kienu wieħed li sar fl-1 ta’ Ottubru ta’ l-1985 fl-Awditorjum ta’ Sant’ Agata, r-Rabat, fejn dakinhar dehret għall-ewwel darba l-Banda Żgħażagħ L’Isle Adam u l-ieħor kien fil-15 ta’ Diċembru fejn fit-Tejatru Manoel għal darba’ oħra l-banda reġgħet ħarġet rebbieħa fl-ewwel post għal aħjar interpretazzjoni ta’ mużika moderna. Fil-bidu tas-sena 1987 is-Surmast Joe Galea ġie maħtur uffiċjalment Surmast Direttur tal-Banda L’Isle Adam, dan wara li l-mibki Surmast Philip Gatt irtira uffiċjalment minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
F’dawn snin li ilu Surmast tal-Banda L’Isle Adam, is-Surmast Joe Galea mexxa l-Banda f’diversi avvenimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, nsemmu l-Akkademja li saret f’Marzu fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp fir-Rabat, iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 1990 f’Ta’ Qali, fir-Rabat u fl-Imdina, fi programm li sar fil-bitħa tal-każin f’għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif tal-Fergħa Nisa, fis-Summit Internazzjonali ta’ Gorbachov u Bush li sar f’Malta f’Diċembru ta’ l-1989. Is-Surmast Joe Galea kellu x-xorti li għall-ewwel darba jidderieġi l-Banda L’Isle Adam fil-Katidral ta’ l-Imdina fil-Kunċert Vokali u Strumentali li sar nhar il-Ħamis, 23 ta’ Jannar, fejn ukoll ghall-ewwel darba żżanżan l-Innu, kompożizzjoni tiegħu stess, kif ukoll l-ewwel darba li ndaqq l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp u tant okkażjonijiet oħra li l-banda tiċċelebra matul is-snin.
Is-Surmast Galea wkoll iħobb idaħħal silta ta’ muzika moderna speċjalment minn xi musical. Ma nistgħux ma nsemmux il-Programm Tradizzjonali ta’ nhar l-Imnarja li hu programm li s-Surmast għandu ferm għal qalbu u jekk wieħed iħares lejn il-muzika li ndaqqet f’dawn l-aħħar snin jinduna waħdu kemm is-Surmast Joe Galea kompla fuq l-istess pass tas-surmastrijiet ta’ qablu u aktar u aktar meta s-Surmast Galea l-mużika operistika hija wisq għal qalbu. Idderieġa l-banda wkoll waqt il-mawra li saret fl-Art Imqaddsa fis-sena 2000.
Barra l-Banda L’Isle Adam, Is-Surmast Joe Galea mexxa l-Banda Sliema ta’ Tas-Sliema bejn is-snin 1986 u 2002. Huwa wkoll is-Surmast Direttur attwali tal-Banda Victory tax-Xagħra, Għawdex, fejn ilu jokkupa din il-kariga mis-sena 1993.
Is-Sur G. Portelli- *1884-1888
L-Avukat Dr. S. Caruana mamo LL.D-1889
Is-Sur C. Vella-1890-1891
Is-Sur C. Camilleri-1892
Is-Sur Antonio Lanfranco-1893
Is-Sur T. Demajo-1894
Is-Sur D. Vassallo-1895
Is-Sur G. Bartoli-1896
Is-Sur G. Vella-1897
Is-Sur V. Giordmaina-1898
Is-Sur Tommaso Vassallo-1899-1900
Is-Sur Felice Vassallo-1901
Is-Sur Giuseppe Vella-1902-1904
Is-Sur Tommaso Vassallo-1905
Il-Kuratur MacKean-1906-1917
l-Avukat Dr. D.G. Bellanti LL.D.-1918-1921
Il-Prokuratur Legali s-Sur Ercole Valenzia P.L.-1922-1923
L-Avukat Dr. D.g. Bellanti LL.D.-1924-1925
L-Avukat Dr. Fillippo Pullicina LL.D.-1926-1928
L-Avukat Dr. Salvatore Schembri LL.D.-1929-1936
Is-Sur G. Formasa Dei Conti Formosa Speranza -1936-1938
Il-Kaptan Olaf Gollcher-1939-1947
In-Nutar Dr. C.J. Vella LL.D.-1947-1948
Is-Sur P. Barbara-1948-1949
Is-Sur Alexander dei Marchesi Apap Bologna-1949-1981
Is-Sur J.M. Micallef -1981-1983
Il-Perit Jopr Aguis Bonello A. & C.E.-1983-1985
Il-Baruni Dr. Carmel Apap Bologna Sciberras D’Amico Inguanez M.D. -1986-1988
L-Onor. Imhallef l-Avukat Dr. Joseph R. Micallef LL.D.-1989-2002
Is-Sur Paul Magro- 2002-
*Il-Presidenti ta’ Qabel l-1884 m’hemmx informazzjoni dwarhom s’issa