Avvenimenti

Avveniment Importanti 1956
Avvenimenti Importanti marbuta mal-Istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat:
L-1 ta’ Mejju 1956: kien propju f’ dan il-jum li l-Knisja f’ Malta iċċelebrat għall-ewwel darba il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’ asspett nisrani. Għalhekk fid-data mesemmija il-Knisja Maltija naqgħdet mal-Kumplament tad-Dinja Kattolika u ċċelebrat għall-ewwel darba fl-istorja dan il-jum, b’ manifesstazzjoni reliġjuza kbira fuq il-Fosos tal-Furjana. Għalhekk is-Sibt 28 t’ April 1956 l-istatwa ta’ San Ġużepp ix-Xiħ inħarġet mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ u ittiħdet b’korteo sas-Saqqajja fejn minn hemm itiħdet permezz ta’ vettura preparata apposta imzejjna bid-damask u għadd kbir ta’ fjuri. Minn hawn twasslet permezz ta’ korteo ieħor magħmul minn għadd kbir ta’ karozzi li akkumpajaw l-istatwa ta’ San Ġużepp. Dan il-Korteo għadda minn diversi lokalitajit fosthom Ħ’Attard, Santa Venera, l-Ħamrun sal-Furjana u minn kull fejn għaddiet inghatat merħba kbira minn folol kbar ta’ nies li ħarġu biex jilqgħu lil San Ġużepp għaddej min nofshom.
Mal-wasla il-Furjana l-istatwa ta’ San Ġużepp twasslet fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju u hemm ġiet milqugħa mill-Arċipriet, l-Kleru u l-Kumitat Organizzativ. Saru żewġ diskorsi wieħed mill-W.R. Mons. Dun Ġużepp Apap Bologna, Arċidjaknu tal-Katidral u l-ieħor mill-Arċipriet tal-Furjana Dun Anton Debono. Dan il-Pellegrinaġġ ġie fit-tmiemu bil-Barka Sagramentali.
It-tlieta 1 ta’ Mejju sa minn kmieni wara nofsinhar il-Fosos tal-Furjana bdew ijntlew bin-nies, huwa ikalkulat li dakinhar inġabru madwar 40,000 RUH ghal-din iċ-ċelebrazzjoni madwar l-istatwa ta’ San Ġużepp. Fis-6.30 p.m. wassal l-Arċisqof Gonzi fejn ingħata merħba kbira mill-folol kbar miġbura fuq il-Fosos.
Mill-bieb il-kbir tal-Knisja ta’ San Publiju bdew ħerġin il-“Boy Scouts” u diversi membri rappreżentanti ta’ diversi Għaqdiet Kattoliċi. Wara mxew ħaddiema tat-tarzna, il-ħaddiema tas-servizz tal-baħar, tal-ajru u tal-armata, ħaddiema mid-dipartimenti tal-gvern, mill-fabbriki, ħaddiema tas-snajja’, bdiewa, sajjieda u minn kull klassi u settur ta’ ħaddiema, ħadu sehem f’ dan il-Korteo u li kellhom f’ idehom buketti tal-fjuri. Wara dawn imxew il-fratelli ta’ l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat u fratelli tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta kollha. Dawn ħarġu mill-knisja msemmija u għaddew minn ġo nofs il-Fosos fuq żewġ fillieri. Fl-aħħar imxiet l-istatwa ta’ San Ġużepp merfugħa minn fratelli tal-istess Arċikonfraternita’, u għaddiet proċessjonalment minn nofs il-Fosos fost id-daqq tal-qniepen, it-talb u l-kant tal-innijiet. L-istatwa ġiet meħuda lejn it-tribuna. Wara li l-istatwa tpoġġiet f’ postha, bdew jiġu msejħa rapprezentanti tal-ħaddiema, ditti u korporazzjonijiet kostitwiti biex jippreżentaw bukketti tal-fjuri lil-San Ġużepp li dawn tpoġġew f’ riġlejn l-istatwa. Kif spiċċaw il-preżentazzjonijiet tal-fjuri sar diskors mis-Sur Midju Caruana, membru tal-Museum u fitter li kien jaħdem fid-dipartiment tad-Direttur tax-Xogħlijiet tal-Ministeru tal-ajru f’ Tal-Ħandaq.
Fis-7.00 p.m. bdiet il-quddiesa mexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. L-atta tal-Fidi u l-Kredu ġew kantati mill-miġemgħa kbira preżenti qabel l-offertorju diversi rapreżentanti offrew għodod lil Mons. Arċisqof li mbagħad offriehom flimkien mal-Ħobż u l-Inbid. F’dak il-mument l-aktar Solenni l-eluf preżenti miġbura f’ ġabra tas-skiet kbir ta’ devozzjoni. Wara l-elevazzjoni l-poplu preżenti nfexx ikanta “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema”.
Wara l-quddies, l-Arċisqof kellem lil-ħaddiema preżenti. Fit-tmiem id-diskors tiegħu l-Arċisqof qara l-Att ta’ Konsagrazzjoni tal-Ħaddiema kollha lil San Ġużepp wara nqraw it-telegramma li wara intbgħetet lil-Papa u r-Riożoluzzjoni.
Fl-aħħar tkellem Patri P. Crane S.J. u wara l-Arċisqof ta’ l-Barka tiegħu u mexa matul il-fosos lejn il-karozza tiegħu, fejn il-ħaddiema li kien hemm iffulaw madwaru u għamlulu dimostrazzjoni tassew kommoventi.
Wara din iċ-Ċelebrazzjoni Grandjuża u Memorabbli, l-istatwa ta’ San Ġużepp ittellgħet mill-Furjana għar-Rabat fuq vettura iddekorata bil-fjuru. Għaddiet trijonfalment mit-toroq li mill-Furjana jwasslu sar-Rabat akkumpanjata minn madwar 60 karozza. Mal-wasla ir-Rabat fl-9.45 p.m. ġiet milqugħa minn folol kbar oħra ta’ nies b’ ċapċip u għajjat ta’ ferħ minn fejn twasslet sal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ b’dimostrazzjoni mat-toroq prinċipali tar-Rabat akkumpanjat bid-daqq tal-qniepen u bil-kant tal-innijiet lil San Ġużepp

Id-Digriet 1956

Il-Brevi Appostoliku maħruġ mill-Papa Piju XII fis-27 ta’ Lulju 1956 maqlub għall-Malti mill-Prokuratur Legali, Patri Edward Bugeja O.Carm.
Papa Piju XII
B’tifkira ġejjiena tal-ħaġa
Sa minn meta l-Papa Piju IX, li miet qabilna u li b’ferħ niftakruh, kien ħatar u ddikjara lil San Ġużepp, Għarus ta’ Omm Alla, Patrun tal-Knisja Universali ħaġa tal-għaġeb kemm xterdet malajr u f’ ħafna nħawi fost il-fidili id-devozzjoni lejn l-istess Patrijarka. Il-Papiet, wara komplew kattruha, u Aħna stess ukoll,biex immorru max-xejriet u r-raġunijiet ta’ dan iż-żmien, iddikjarajna lil San Ġużepp Patrun u Xempju tal-ħaddiema kollha tad-dinja. Bil-Festa ffissata għall-jum ta’ l-1 ta’ Mejju. Waslitilna l-aħħar xhieda ta’ ferħ kbir tad-devozzjoni lejh, permezz ta’ talba magħmula lilna bl-umilta’ mill-iben maħbub tallum ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri ta’ San Franġisk t’ Assisi, amministratur tal-Provinċja Ekklesjastika Maltija. Fit-talba tiegħu lilna, huwa ħa ħsieb juri li l-imħabba lejn l-Għarus tal-Imqaddsa Verġni Marija kienet ġa kibret sewwa fil-Gzira magħrufa ta’ Malta sa mis-Seklu 13, hekk li hemm twaqqfet Konfraternita’ Ad Unur ta’ San Ġużepp, li mbagħad fis-Seklu ta’ wara l-Isqof Nikolaus Bonnet ta’ l-Ordni Franġiskan waqqafha Kanonikament. Din l-Konfraternita’ li għadha teżisti, mhux biss tħeġġeġ id-devozzjoni lejn l-imsemmi Qaddis fost il-fidili, imma tagħtihom ukoll għajnuna u karita’ lil dawk li huma foqra. Il-vara antika kif ukoll meqjuma ta’ San Ġużepp, li l-Kavallieri qalbiena tad-Dar Imqaddsa ta’ l-Isptarijiet ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm u ta’ l-Ordni Militari tal-Qabar Imqaddes tal-Mulej, meta kienu mġiegħela jħallu l-gzira ta’ Rodi, wara assedju qalil li sofrew fis-sena 1523, ħaduha Malta, u kienet meqjuma ħafna l-aktar f’xi diżgrazzji pubbliċi. Kif l-insara tal-imgħoddi riedu li l-Knisja fejn tinsab il-vara tiġi mżejjna bid-deheb u rħam meraviljuż, hekk dawk tallum ħejjew minnflushom kuruna tassew prezzjuża u tal-għaġeb, fis-sura u bil-ġawhar, biex l-istess vara ta’ San Ġużepp bil-Bambin Ġesu’ tkun tixirqilha li tiġi nkurunata. Meta studjajna dan kollu, l-imfaħħar Provinċjal ġie għandna b’talba ħerqana biex fil-preżenza tal-Venerabbli Ħuna, l-Arċisqof ta’ Malta, jogħġbna fit-tieba tagħna nagħtu lill-istess Isqof is-setgħa li jikuruna sollennament din il-Vara. U sabiex l-imħabba tal-Maltin lejn il-Patrijarka Ġużeppi tiżdied b’xhieda ġdida, kif aħna nixtiequ, ħsiebna li tkun ħaġa tajba li nilqgħu bil-qalb ix-xewqat tagħhom. Għaldaqstant b’digriet tal-Kongregazzjoni Mqaddsa tar-Riti, bis-setgħa tagħhna Appostolika, qegħdin nagħtu s-setgħa lill-istess Arċisqof ta’ Malta f’dawk il-partijiet ta’ dawn l-ittra, biex f’ jum li jagħżel hu, huwa nnifsu jew permezz ta’ ħaddieħor, wara Quddiesa kantata skond ir-rit u l-formula preskritta, iqiegħed f’ Isem u bis-Setgħa Tagħna l-Kuruna tad-Deheb fuq l-Istatwa ta’ San Ġużepp bil-Bambin Ġesu’ ġewwa l-Knisja tar-Raħal magħruf “Ir-Rabat tal-Imdina, li hija Belt f’ Malta. Tabilħaqq aħna M’għandniex dubju li dawn is-Sollennitajiet qaddisa sejrin ikunu ta’ ġid għat-twemmin u ta’ profitt sopiritwali għall-poplu u fl-istess ħin nittamaw li dawk li huma fidili lejn Kristu fl-art kollha ta’ Malta jitħeġġu dejjem aktar fl-imħabba u l-qima lejn San Ġużepp, għarus t’ Omm Alla.
Kull ma hu kuntrarju għal dan id-Digriet, ma jwaqqa’ xejn minn dak li jingħad fih.
Mogħti minn Castel Gandolfo, taħt is-Siġill tas-Sajjied, fil-jum tas-27 tax-xahar ta’ Lulju, tas-sena 1956, it-tmintax tal-Pontifikal Tagħna.B’mandat speċjali tas-Santissimu f’isem il-Kardinal ta’ l-affarijiet pubbliċi tal-Knisja
(Firma) Gilda Brugnola mill-Brevi Appostoliku.

Id-digriet tal-Papa Piju XII li bih setgħet issir l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp. L-aktar dokument għażiż li għanda l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Dan id-Digriet huwa uniku fir-Rabat ta’ l-Imdina ghax gewwa il-Belt taghna statwa wahda ghandna Inkurunata b’zewg Kuruni tad-dehebu hagar prezjuzz, u ir-Rabtin kollha flimkien mac-cittadini ta’ l-eqdem belt huma kburin biha. Kull Rabti ghandu jiftahar b’din l-eqdem statwa Inkurunat meta fid-dinja kollha hamsa biss huma ta’ San Guzepp Inkurunati u wahda minnhom tinsab propju hawn fir-Rabat ta’ l-Imdina gewwa is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Guzepp Inkurunat, fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu fir-Rabat ta’ l-Imdina. Statwa Unika, Arcikonfraternita’ Unika u Santwarju Uniku fil-gzejjer Maltin.

Programm tal-Festi ta’ l-inkurunazzjoni
PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI FL-OKKAŻJONI TAL-INKURUNAZZJONI SOLENNI TAL-ISTATWA ANTIKA U MIRAKOLUŻA TA’ SAN ĠUŻEPP FIR-RABAT TAL-IMDINA.
IL-FESTI TAL-INKURUNAZZJONI ĠEW IĊĊELEBRATI F’ DAN IL-PROGRAMM
1 ta’ Mejju 1963

Is-Sibt, 27 ta’ April, fil-5.00 saret akkadaemja Mużiko-Letteralja fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, taht il-patroċinju ta’l-E.T. Mons. Mikiel Gonzi. Arċisqof Metropolita ta’ Malta. Il-mużika kienet taht id-direzjoni tas-Surmast Anton Muscat Azzopardi u il-kant kien esegwit mill-istudenti tal-Patrijiet Minuri tar-Rabat.
Il-Hadd, it-Tnejn u it-Tlieta, 28, 29 u 30 ta’ April kienu tlett t’ijiem ta’thejjija ta’ qabel l-Inkunurazzjoni. Għalhekk fis-6.30 p.m fl-istess Knisja kienet issir il-Kompieta bil-priedka mill-E.T. Rev. Mons Isqof Emmanuele Galea, Vigarju Ġenerali. Wara kien issir daqq tal-Innu, tal-Antifona u tingħata il-Barka Sagramentali.
Fl-aħħar jum ta’ dan it-Tridu, iġifieri it-Tlieta 30 ta’ April, fit-8.30 sar marċ mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam, mill-Pjazza tal-Knisja Parrokjali sa ħdejn il-Villa Rumana. Wara saret il-prezentazjoni ta’ Bandalora kommemorativa mis-Sur Vincint Muscat lill-Banda L’Isle Adam. Wara sar ħruq tal-logħob tal-art u kaxxa infernali maħdumha minn Ġanni Vella tal-Imgarr.
L-Erbgħa l-1 ta’ Mejju kien Jun l-Inkurnunazzjoni. Fis-7.00 am Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ saret Quddiesa Kantata mir-Rev. Patri Ivo Tonna lil kien segretarju tal-Patrijiet Minuri u direttur spiritwali tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp.
Fis-7.00 am l-istatwa ta’ San Ġużepp li kienet esposta fil-Knisja, giet mahruga mill-membri tal-Kumitat Organizzativ tal-Festi tal- Inkurnunazzjoni. Din giet imqgħeda fuq truk dekorat bid-damask u l-fjuri, biex tiġi meħuda lejn il-Belt Valletta. Wara it-truk kien hemm serbut twil ta’ karozzi li fihom kien hemm membri tal-kumitat u uffiċjali oħra, kif ukoll membri tal-kleru. Fit-Triq lejn il-Belt, minn fejn għaddiet l-istatwa mill-ibliet u l-irħula saret manifestazzjoni ta’ ferħ in-nies ħargu jilqgħu lill-istatwa biċ-ċapċip u bit-tixjir tal-idejn hekk kif għaddiet l-istatwa minn quddiemhom.Il-Kumitat tal-Festi ta’ San Ġużepp Ħaddiem b’ kollaborazjoni mal- Kumitat tal-Festi tal-Inkurunazzjoni kien organizzat korteo bl-istatwa fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta. Mal-wasla tal-istatwa fil-Pjazza Kastilja, din giet milqugħa b’aplaws kbir minn dawk kollha prezenti.
Il-korteo beda fid-9.00 am u għada minn Triq ir-Republika, l-Arċisqof u dar għall-Pjazza San Gwann, fejn l-Arċisqof ta’ Malta bierek il-ħaddiema u l-għodod tagħhom. Il-membri tal-Kumitat u l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat imxew matul il-korteo f’ zewg fillieri waħda ma’ kull ġenb tal-istatwa, dan il-korteo intemm fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kon-Katidral. Wara l-Arċisqof bierek lil dawk prezenti u l-għodod tagħom, huwa kellem lill-kongregazjoni miġbura u wara l-istatwa ta’ San Ġużepp giet meħuda l-Furjana, fil-Knisja ta’ Saria fejn bagħqet hemm sa wara nofs inhar. Fit-3.30pm il-membri msemmija tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp ħargu mill-Knisja ta’ Saria bl-istandard blu iperper maz-ziffa tar-rih, warajhom imexew rapprezentanti tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp minn tmintax-il belt u rahal f’Malta. Fl-aħħar ta’ din il-purċisjoni nġarret l-istatwa ta’ San Ġużepp, li din ittieħdet lejn il-tribuna quddiem il-Knisja ta’ San Publiu. Fil-waqt li mil-istess Knisja harget purċissjoni oħra li kienet iffurmata mill-Kaptilu Metropolitan, mill-E.T. Mons. Mikiel Gonzi Arċisqof ta’Malta, mill-E.T. Mons Ġużepp Pace Isqof t’ Għawdex mill-E.T. Mons Emanuel Gerada, Isqof Titulari ta’ Tralles u Vigarju Generali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u mill-E.T. Mons. Costantino Trapani Isqof ta’ Nicosia fi Sqallija, li kien gie mistieden għal-din l-okkazjoni. F’dan il-korteo kienu ħadu sehem ukoll l-Onor. Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Ġorg Borg Olivier, li zamm f’idejh imħadda ħamra fejn fuqa kien hemm il-kuruna ta’ deheb ta’ San Ġużepp. Ma’ ġenbu mexa l-Prim Imħallef Sir Antony Mamo li zamm ukoll imħadda ħamra izgħar mill-oħra fejn fuqha kien hemm imqgħeda l-kuruna tad-deheb tal-Bambin.
Il-Pjazza ta’quddiem il-Knisja tal-Furjana, fejn saret l-Inkunurazzjoni f’dan l-okkazjoni kienet ippakjata bin-nies minn kull parti ta’Malta; li lagħqu l-Istatwa u l-purċissjoni b’ħafna ċapċip u entuzjazmu.
Il-funzjoni bdiet billi raprezentanti tal-ħaddiema Malti qara messaġġ qasir lill-ħaddiema. Wara dan sar dikors imqanqal minn Fr. M. Uylenbroeck, Assistent Internazzjonali Kappilan taz-Zagħazgħ Ħaddiema Insara. Imbgħad saret prezentazzjoni tal-Kuruni; in-Nutar Dr. C.G. Vella qara l-kuntratt ta’ donazzjoni, il-Prim Ministru deher għal-poplu Malti. Ir-Rettur tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat, il-Kavallier Alexander Dei Marchesi Apap Bologna, iffirma l-Kuntratt billi ntrabat li hu u s-suċċesuri tiegħu fl-Arċikonfraternita, iħarsu il-kuruni u jassiguraw li qatt ma jiġu mneħħija minn fuq ras San Ġużepp jew il-Bambin. Il-kuntratt ġie iffirmat quddiem ix-xiedha tal-Wisq Rev. Parti Accursio Serri, Provinċjal tal-Patrijiet Minuri, l-Onor. Imħallef Antony Montanaro Gauci u l-E.T. Mons. Isqof Costantino Trapani.
L-Arċisqof Mikiel Gonzi bierek il-kuruni li kienu imqegħda fuq l-artal u ġiet intonata Quddiesa Pontifikali. Fl-Omenija tiegħu l-Arċisqof ħeġġeġ lil fidili biex jimxu fuq l-ezempju ta’ San Ġużepp fil-ħajja tagħhom.

L-Inkunurazzjoni saret wara l-Quddiesa: L-Arċisqof l-ewwel pogga l-KURUNA fuq ras il-Bambin u wara poġġa l-KURUNA l-oħra fuq ras San Ġużepp.
Numru kbir ta’ kazozzi akkunpanjaw lill-istatwa nkurunata fir-ritorn tagħha lejn ir-Rabat.
Id-dimostrazzjonijiet lill-istatwa kienu verament strordinarji u monumentali.
L-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat għaddiet trinofalment mit-toroq tar-Rabat fi Triqitha lejn il-Kolleġġjata ta’ San Pawl, fejn ġiet milqugħ sollennement mill-Arċipriet tar-Rabat, il-Kan. Dun Pawl Attard u l-Kanoniċi tal-Istess Kolleġġjata.
Il-Hamis 2 ta’ Mejju fis-6.00pm kienet saret Transulazzjoni Solenni bl-Istatwa nkurunata, mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl għall-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu’. F’din it-Transullazjoni kienu hadu sehem: l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat, ir-Retturi tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta il-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Minuri; ir-Rev. Difinitorju tal-Provinċja Maltija tal-istess Patrijiet Minuri, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat; il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Kumitat tal-Festi tal-Inkunurazzjoni.
Wara d-dħul tat-Transulazzjoni fil-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu’, sar Għasar Solleni u ingħatat il-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Patri Accursio Serri Ministru Provinċjal.

1 ta’ Mejju 1981
25 sena minn meta ġiet iċċelebrata għal-ewwel darba l-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, 1ta’ Mejju 1981.

Biex jiġi mfakkar il-25 anniversarju minn meta ġiet iċċelebrata f’Malta għall-ewwel darba l-festa f’ ġieħ San Ġużepp Ħaddiem fl-1 ta’ Mejju 1956, 25 sena wara iġifieri l-1 ta’ Mejju 1981, tniżżlet l-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt fuq talba tal-Kumm. Djoċesana tal-Għaqdiet tal-Lajċi.

Dakinhar fis-6.30 p.m. fl-istess Kon-Katidral saret Konċelebrazzjoni kbira, fejn iċ-ċelebrant prinċipali kien l-E.T. Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fil-bidu u t-tmiem tal-quddiesa saret purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat bis-sehem tas-saċerdotti konċelebranti li kienu mmexxija mill-fratelli ta’ l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat. Matul il-quddiesa l-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet imqiegħeda fuq il-presbiterju tal-artal Maġġur, faċċata tat-tron tal-Arċisqof għal-qima tal-Kongregazzjoni kbira prezenti li kienet miġbura bi ħġarha fil-Kon-Katidral. Fil-bidu tal-quddiesa saret ċerimonja tal-preżentazzjoni u tberik tal-għodod minn Mons. Arċisqof.
Wara li spiċċat il-quddiesa l-istatwa ġiet meħudha r-Rabat privatament sa quddiem il-Knisja tal-Agostinjani. Minn hemm twasslet b’korteo sal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, akkumpanjata bid-daqq tal-innijiet Ġużeppini mill-Banda L’Isle Adam. Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja, tkanta it-Te Deum u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika.


Comments are closed.