{"id":132,"date":"2011-04-19T20:26:30","date_gmt":"2011-04-19T20:26:30","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanguzepp\/?page_id=132"},"modified":"2012-01-18T06:22:36","modified_gmt":"2012-01-18T06:22:36","slug":"avvenimenti","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/?page_id=132","title":{"rendered":"Avvenimenti"},"content":{"rendered":"<div class=\"1e386d27d73284b34016bed0c364b3f6\" data-index=\"6\" style=\"float: none; margin:10px 0 10px 0; text-align:center;\">\n<script async src=\"\/\/pagead2.googlesyndication.com\/pagead\/js\/adsbygoogle.js\"><\/script>\r\n<!-- rabatmaltaportal2017 -->\r\n<ins class=\"adsbygoogle\"\r\n     style=\"display:block\"\r\n     data-ad-client=\"ca-pub-9187874889710724\"\r\n     data-ad-slot=\"4888736822\"\r\n     data-ad-format=\"auto\"><\/ins>\r\n<script>\r\n(adsbygoogle = window.adsbygoogle || []).push({});\r\n<\/script>\n<\/div>\n<p><strong>Avveniment Importanti 1956<br \/>\n<\/strong> Avvenimenti Importanti marbuta mal-Istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Inkurunat:<br \/>\nL-1 ta\u2019 Mejju 1956: kien propju f\u2019 dan il-jum li l-Knisja f\u2019 Malta i\u010b\u010belebrat g\u0127all-ewwel darba il-Festa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0126addiem f\u2019 asspett nisrani. G\u0127alhekk fid-data mesemmija il-Knisja Maltija naqg\u0127det mal-Kumplament tad-Dinja Kattolika u \u010b\u010belebrat g\u0127all-ewwel darba fl-istorja dan il-jum, b\u2019 manifesstazzjoni reli\u0121juza kbira fuq il-Fosos tal-Furjana. G\u0127alhekk is-Sibt 28 t\u2019 April 1956 l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp ix-Xi\u0127 in\u0127ar\u0121et mill-Knisja ta\u2019 Santa Marija ta\u2019 \u0120esu\u2019 u itti\u0127det b\u2019korteo sas-Saqqajja fejn minn hemm iti\u0127det permezz ta\u2019 vettura preparata apposta imzejjna bid-damask u g\u0127add kbir ta\u2019 fjuri. Minn hawn twasslet permezz ta\u2019 korteo ie\u0127or mag\u0127mul minn g\u0127add kbir ta\u2019 karozzi li akkumpajaw l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp. Dan il-Korteo g\u0127adda minn diversi lokalitajit fosthom \u0126\u2019Attard, Santa Venera, l-\u0126amrun sal-Furjana u minn kull fejn g\u0127addiet inghatat mer\u0127ba kbira minn folol kbar ta\u2019 nies li \u0127ar\u0121u biex jilqg\u0127u lil San \u0120u\u017cepp g\u0127addej min nofshom.<br \/>\nMal-wasla il-Furjana l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp twasslet fil-Knisja Ar\u010bipretali ta\u2019 San Publiju u hemm \u0121iet milqug\u0127a mill-Ar\u010bipriet, l-Kleru u l-Kumitat Organizzativ. Saru \u017cew\u0121 diskorsi wie\u0127ed mill-W.R. Mons. Dun \u0120u\u017cepp Apap Bologna, Ar\u010bidjaknu tal-Katidral u l-ie\u0127or mill-Ar\u010bipriet tal-Furjana Dun Anton Debono. Dan il-Pellegrina\u0121\u0121 \u0121ie fit-tmiemu bil-Barka Sagramentali.<br \/>\nIt-tlieta 1 ta\u2019 Mejju sa minn kmieni wara nofsinhar il-Fosos tal-Furjana bdew ijntlew bin-nies, huwa ikalkulat li dakinhar in\u0121abru madwar 40,000 RUH ghal-din i\u010b-\u010belebrazzjoni madwar l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp. Fis-6.30 p.m. wassal l-Ar\u010bisqof Gonzi fejn ing\u0127ata mer\u0127ba kbira mill-folol kbar mi\u0121bura fuq il-Fosos.<br \/>\nMill-bieb il-kbir tal-Knisja ta\u2019 San Publiju bdew \u0127er\u0121in il-\u201cBoy Scouts\u201d u diversi membri rappre\u017centanti ta\u2019 diversi G\u0127aqdiet Kattoli\u010bi. Wara mxew \u0127addiema tat-tarzna, il-\u0127addiema tas-servizz tal-ba\u0127ar, tal-ajru u tal-armata, \u0127addiema mid-dipartimenti tal-gvern, mill-fabbriki, \u0127addiema tas-snajja\u2019, bdiewa, sajjieda u minn kull klassi u settur ta\u2019 \u0127addiema, \u0127adu sehem f\u2019 dan il-Korteo u li kellhom f\u2019 idehom buketti tal-fjuri. Wara dawn imxew il-fratelli ta\u2019 l-Ar\u010bikonfraternita\u2019 ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat u fratelli tal-Fratellanzi ta\u2019 San \u0120u\u017cepp ta\u2019 Malta kollha. Dawn \u0127ar\u0121u mill-knisja msemmija u g\u0127addew minn \u0121o nofs il-Fosos fuq \u017cew\u0121 fillieri. Fl-a\u0127\u0127ar imxiet l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp merfug\u0127a minn fratelli tal-istess Ar\u010bikonfraternita\u2019, u g\u0127addiet pro\u010bessjonalment minn nofs il-Fosos fost id-daqq tal-qniepen, it-talb u l-kant tal-innijiet. L-istatwa \u0121iet me\u0127uda lejn it-tribuna. Wara li l-istatwa tpo\u0121\u0121iet f\u2019 postha, bdew ji\u0121u msej\u0127a rapprezentanti tal-\u0127addiema, ditti u korporazzjonijiet kostitwiti biex jippre\u017centaw bukketti tal-fjuri lil-San \u0120u\u017cepp li dawn tpo\u0121\u0121ew f\u2019 ri\u0121lejn l-istatwa. Kif spi\u010b\u010baw il-pre\u017centazzjonijiet tal-fjuri sar diskors mis-Sur Midju Caruana, membru tal-Museum u fitter li kien ja\u0127dem fid-dipartiment tad-Direttur tax-Xog\u0127lijiet tal-Ministeru tal-ajru f\u2019 Tal-\u0126andaq.<br \/>\n<img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanguzepp\/\/armarknisja\/Guzeppini%202009%20174.jpg\" alt=\"\" width=\"150\" height=\"200\" align=\"left\" border=\"0\" \/>Fis-7.00 p.m. bdiet il-quddiesa mexxija mill-E.T. Mons. Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi. L-atta tal-Fidi u l-Kredu \u0121ew kantati mill-mi\u0121emg\u0127a kbira pre\u017centi qabel l-offertorju diversi rapre\u017centanti offrew g\u0127odod lil Mons. Ar\u010bisqof li mbag\u0127ad offriehom flimkien mal-\u0126ob\u017c u l-Inbid. F\u2019dak il-mument l-aktar Solenni l-eluf pre\u017centi mi\u0121bura f\u2019 \u0121abra tas-skiet kbir ta\u2019 devozzjoni. Wara l-elevazzjoni l-poplu pre\u017centi nfexx ikanta \u201cNadurawk ja \u0126ob\u017c tas-Sema\u201d.<br \/>\nWara l-quddies, l-Ar\u010bisqof kellem lil-\u0127addiema pre\u017centi. Fit-tmiem id-diskors tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof qara l-Att ta\u2019 Konsagrazzjoni tal-\u0126addiema kollha lil San \u0120u\u017cepp wara nqraw it-telegramma li wara intbg\u0127etet lil-Papa u r-Rio\u017coluzzjoni.<br \/>\nFl-a\u0127\u0127ar tkellem Patri P. Crane S.J. u wara l-Ar\u010bisqof ta\u2019 l-Barka tieg\u0127u u mexa matul il-fosos lejn il-karozza tieg\u0127u, fejn il-\u0127addiema li kien hemm iffulaw madwaru u g\u0127amlulu dimostrazzjoni tassew kommoventi.<br \/>\nWara din i\u010b-\u010aelebrazzjoni Grandju\u017ca u Memorabbli, l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp ittellg\u0127et mill-Furjana g\u0127ar-Rabat fuq vettura iddekorata bil-fjuru. G\u0127addiet trijonfalment mit-toroq li mill-Furjana jwasslu sar-Rabat akkumpanjata minn madwar 60 karozza. Mal-wasla ir-Rabat fl-9.45 p.m. \u0121iet milqug\u0127a minn folol kbar o\u0127ra ta\u2019 nies b\u2019 \u010bap\u010bip u g\u0127ajjat ta\u2019 fer\u0127 minn fejn twasslet sal-Knisja ta\u2019 Santa Marija ta\u2019 \u0120esu\u2019 b\u2019dimostrazzjoni mat-toroq prin\u010bipali tar-Rabat akkumpanjat bid-daqq tal-qniepen u bil-kant tal-innijiet lil San \u0120u\u017cepp<\/p>\n<div><strong>Id-Digriet 1956 <\/strong><\/p>\n<div><strong> Il-Brevi Appostoliku ma\u0127ru\u0121 mill-Papa Piju XII fis-27 ta\u2019 Lulju 1956 maqlub g\u0127all-Malti mill-Prokuratur Legali, Patri Edward Bugeja O.Carm.<\/strong><\/div>\n<div>Papa Piju XII<br \/>\nB\u2019tifkira \u0121ejjiena tal-\u0127a\u0121a<\/div>\n<div>Sa minn meta l-Papa Piju IX, li miet qabilna u li b\u2019fer\u0127 niftakruh, kien \u0127atar u ddikjara lil San \u0120u\u017cepp, G\u0127arus ta\u2019 Omm Alla, Patrun tal-Knisja Universali \u0127a\u0121a tal-g\u0127a\u0121eb kemm xterdet malajr u f\u2019 \u0127afna n\u0127awi fost il-fidili id-devozzjoni lejn l-istess Patrijarka. Il-Papiet, wara komplew kattruha, u A\u0127na stess ukoll,biex immorru max-xejriet u r-ra\u0121unijiet ta\u2019 dan i\u017c-\u017cmien, iddikjarajna lil San \u0120u\u017cepp Patrun u Xempju tal-\u0127addiema kollha tad-dinja. Bil-Festa ffissata g\u0127all-jum ta\u2019 l-1 ta\u2019 Mejju. Waslitilna l-a\u0127\u0127ar xhieda ta\u2019 fer\u0127 kbir tad-devozzjoni lejh, permezz ta\u2019 talba mag\u0127mula lilna bl-umilta\u2019 mill-iben ma\u0127bub tallum ta\u2019 l-Ordni tal-Patrijiet Minuri ta\u2019 San Fran\u0121isk t\u2019 Assisi, amministratur tal-Provin\u010bja Ekklesjastika Maltija. Fit-talba tieg\u0127u lilna, huwa \u0127a \u0127sieb juri li l-im\u0127abba lejn l-G\u0127arus tal-Imqaddsa Ver\u0121ni Marija kienet \u0121a kibret sewwa fil-Gzira mag\u0127rufa ta\u2019 Malta sa mis-Seklu 13, hekk li hemm twaqqfet Konfraternita\u2019 Ad Unur ta\u2019 San \u0120u\u017cepp, li mbag\u0127ad fis-Seklu ta\u2019 wara l-Isqof Nikolaus Bonnet ta\u2019 l-Ordni Fran\u0121iskan waqqafha Kanonikament. Din l-Konfraternita\u2019 li g\u0127adha te\u017cisti, mhux biss t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 id-devozzjoni lejn l-imsemmi Qaddis fost il-fidili, imma tag\u0127tihom ukoll g\u0127ajnuna u karita\u2019 lil dawk li huma foqra. Il-vara antika kif ukoll meqjuma ta\u2019 San \u0120u\u017cepp, li l-Kavallieri qalbiena tad-Dar Imqaddsa ta\u2019 l-Isptarijiet ta\u2019 San \u0120wann ta\u2019 \u0120erusalemm u ta\u2019 l-Ordni Militari tal-Qabar Imqaddes tal-Mulej, meta kienu m\u0121ieg\u0127ela j\u0127allu l-gzira ta\u2019 Rodi, wara assedju qalil li sofrew fis-sena 1523, \u0127aduha Malta, u kienet meqjuma \u0127afna l-aktar f\u2019xi di\u017cgrazzji pubbli\u010bi. Kif l-insara tal-img\u0127oddi riedu li l-Knisja fejn tinsab il-vara ti\u0121i m\u017cejjna bid-deheb u r\u0127am meravilju\u017c, hekk dawk tallum \u0127ejjew minnflushom kuruna tassew prezzju\u017ca u tal-g\u0127a\u0121eb, fis-sura u bil-\u0121awhar, biex l-istess vara ta\u2019 San \u0120u\u017cepp bil-Bambin \u0120esu\u2019 tkun tixirqilha li ti\u0121i nkurunata. Meta studjajna dan kollu, l-imfa\u0127\u0127ar Provin\u010bjal \u0121ie g\u0127andna b\u2019talba \u0127erqana biex fil-pre\u017cenza tal-Venerabbli \u0126una, l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta, jog\u0127\u0121bna fit-tieba tag\u0127na nag\u0127tu lill-istess Isqof is-setg\u0127a li jikuruna sollennament din il-Vara. U sabiex l-im\u0127abba tal-Maltin lejn il-Patrijarka \u0120u\u017ceppi ti\u017cdied b\u2019xhieda \u0121dida, kif a\u0127na nixtiequ, \u0127siebna li tkun \u0127a\u0121a tajba li nilqg\u0127u bil-qalb ix-xewqat tag\u0127hom. G\u0127aldaqstant b\u2019digriet tal-Kongregazzjoni Mqaddsa tar-Riti, bis-setg\u0127a tag\u0127hna Appostolika, qeg\u0127din nag\u0127tu s-setg\u0127a lill-istess Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta f\u2019dawk il-partijiet ta\u2019 dawn l-ittra, biex f\u2019 jum li jag\u0127\u017cel hu, huwa nnifsu jew permezz ta\u2019 \u0127addie\u0127or, wara Quddiesa kantata skond ir-rit u l-formula preskritta, iqieg\u0127ed f\u2019 Isem u bis-Setg\u0127a Tag\u0127na l-Kuruna tad-Deheb fuq l-Istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp bil-Bambin \u0120esu\u2019 \u0121ewwa l-Knisja tar-Ra\u0127al mag\u0127ruf \u201cIr-Rabat tal-Imdina, li hija Belt f\u2019 Malta. Tabil\u0127aqq a\u0127na M\u2019g\u0127andniex dubju li dawn is-Sollennitajiet qaddisa sejrin ikunu ta\u2019 \u0121id g\u0127at-twemmin u ta\u2019 profitt sopiritwali g\u0127all-poplu u fl-istess \u0127in nittamaw li dawk li huma fidili lejn Kristu fl-art kollha ta\u2019 Malta jit\u0127e\u0121\u0121u dejjem aktar fl-im\u0127abba u l-qima lejn San \u0120u\u017cepp, g\u0127arus t\u2019 Omm Alla.<\/div>\n<div>Kull ma hu kuntrarju g\u0127al dan id-Digriet, ma jwaqqa\u2019 xejn minn dak li jing\u0127ad fih.<br \/>\nMog\u0127ti minn Castel Gandolfo, ta\u0127t is-Si\u0121ill tas-Sajjied, fil-jum tas-27 tax-xahar ta\u2019 Lulju, tas-sena 1956, it-tmintax tal-Pontifikal Tag\u0127na.B\u2019mandat spe\u010bjali tas-Santissimu f\u2019isem il-Kardinal ta\u2019 l-affarijiet pubbli\u010bi tal-Knisja<br \/>\n(Firma) Gilda Brugnola mill-Brevi Appostoliku.<\/p>\n<p>Id-digriet tal-Papa Piju XII li bih setg\u0127et issir l-Inkurunazzjoni ta\u2019 San \u0120u\u017cepp. L-aktar dokument g\u0127a\u017ci\u017c li g\u0127anda l-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat tal-Imdina. Dan id-Digriet huwa uniku fir-Rabat ta&#8217; l-Imdina ghax gewwa il-Belt taghna statwa wahda ghandna Inkurunata b&#8217;zewg Kuruni tad-dehebu hagar prezjuzz, u ir-Rabtin kollha flimkien mac-cittadini ta&#8217; l-eqdem belt huma kburin biha. Kull Rabti ghandu jiftahar b&#8217;din l-eqdem statwa Inkurunat meta fid-dinja kollha hamsa biss huma ta&#8217; San Guzepp Inkurunati u wahda minnhom tinsab propju hawn fir-Rabat ta&#8217; l-Imdina gewwa is-Santwarju Nazzjonali ta&#8217; San Guzepp Inkurunat, fil-knisja ta&#8217; Santa Marija ta&#8217; Gesu fir-Rabat ta&#8217; l-Imdina. Statwa Unika, Arcikonfraternita&#8217; Unika u Santwarju Uniku fil-gzejjer Maltin.<\/p>\n<p><strong>Programm tal-Festi ta&#8217; l-inkurunazzjoni <\/strong><strong><br \/>\nPROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI FL-OKKA\u017bJONI TAL-INKURUNAZZJONI SOLENNI TAL-ISTATWA ANTIKA U MIRAKOLU\u017bA TA\u2019 SAN \u0120U\u017bEPP FIR-RABAT TAL-IMDINA.<br \/>\nIL-FESTI TAL-INKURUNAZZJONI \u0120EW I\u010a\u010aELEBRATI F\u2019 DAN IL-PROGRAMM<br \/>\n1 ta&#8217; Mejju 1963<\/strong><\/p>\n<p>Is-Sibt, 27 ta\u2019 April, fil-5.00 saret akkadaemja Mu\u017ciko-Letteralja fil-Knisja ta\u2019 Santa Marija ta\u2019 \u0120esu\u2019, taht il-patro\u010binju ta\u2019l-E.T. Mons. Mikiel Gonzi. Ar\u010bisqof Metropolita ta\u2019 Malta. Il-mu\u017cika kienet taht id-direzjoni tas-Surmast Anton Muscat Azzopardi u il-kant kien esegwit mill-istudenti tal-Patrijiet Minuri tar-Rabat.<br \/>\nIl-Hadd, it-Tnejn u it-Tlieta, 28, 29 u 30 ta\u2019 April kienu tlett t\u2019ijiem ta\u2019thejjija ta\u2019 qabel l-Inkunurazzjoni. G\u0127alhekk fis-6.30 p.m fl-istess Knisja kienet issir il-Kompieta bil-priedka mill-E.T. Rev. Mons Isqof Emmanuele Galea, Vigarju \u0120enerali. Wara kien issir daqq tal-Innu, tal-Antifona u ting\u0127ata il-Barka Sagramentali.<br \/>\nFl-a\u0127\u0127ar jum ta\u2019 dan it-Tridu, i\u0121ifieri it-Tlieta 30 ta\u2019 April, fit-8.30 sar mar\u010b mill-Banda \u010aittadina u Dekana L\u2019Isle Adam, mill-Pjazza tal-Knisja Parrokjali sa \u0127dejn il-Villa Rumana. Wara saret il-prezentazjoni ta\u2019 Bandalora kommemorativa mis-Sur Vincint Muscat lill-Banda L\u2019Isle Adam. Wara sar \u0127ruq tal-log\u0127ob tal-art u kaxxa infernali ma\u0127dumha minn \u0120anni Vella tal-Imgarr.<br \/>\nL-Erbg\u0127a l-1 ta\u2019 Mejju kien Jun l-Inkurnunazzjoni. Fis-7.00 am Fil-Knisja ta\u2019 Santa Marija ta\u2019 \u0120esu\u2019 saret Quddiesa Kantata mir-Rev. Patri Ivo Tonna lil kien segretarju tal-Patrijiet Minuri u direttur spiritwali tal-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp.<br \/>\nFis-7.00 am l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp li kienet esposta fil-Knisja, giet mahruga mill-membri tal-Kumitat Organizzativ tal-Festi tal- Inkurnunazzjoni. Din giet imqg\u0127eda fuq truk dekorat bid-damask u l-fjuri, biex ti\u0121i me\u0127uda lejn il-Belt Valletta. Wara it-truk kien hemm serbut twil ta\u2019 karozzi li fihom kien hemm membri tal-kumitat u uffi\u010bjali o\u0127ra, kif ukoll membri tal-kleru. Fit-Triq lejn il-Belt, minn fejn g\u0127addiet l-istatwa mill-ibliet u l-ir\u0127ula saret manifestazzjoni ta\u2019 fer\u0127 in-nies \u0127argu jilqg\u0127u lill-istatwa bi\u010b-\u010bap\u010bip u bit-tixjir tal-idejn hekk kif g\u0127addiet l-istatwa minn quddiemhom.Il-Kumitat tal-Festi ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0126addiem b\u2019 kollaborazjoni mal- Kumitat tal-Festi tal-Inkurunazzjoni kien organizzat korteo bl-istatwa fit-toroq prin\u010bipali tal-Belt Valletta. Mal-wasla tal-istatwa fil-Pjazza Kastilja, din giet milqug\u0127a b\u2019aplaws kbir minn dawk kollha prezenti.<br \/>\nIl-korteo beda fid-9.00 am u g\u0127ada minn Triq ir-Republika, l-Ar\u010bisqof u dar g\u0127all-Pjazza San Gwann, fejn l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta bierek il-\u0127addiema u l-g\u0127odod tag\u0127hom. Il-membri tal-Kumitat u l-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat imxew matul il-korteo f\u2019 zewg fillieri wa\u0127da ma\u2019 kull \u0121enb tal-istatwa, dan il-korteo intemm fil-Pjazza ta\u2019 quddiem il-Kon-Katidral. Wara l-Ar\u010bisqof bierek lil dawk prezenti u l-g\u0127odod tag\u0127om, huwa kellem lill-kongregazjoni mi\u0121bura u wara l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp giet me\u0127uda l-Furjana, fil-Knisja ta\u2019 Saria fejn bag\u0127qet hemm sa wara nofs inhar. Fit-3.30pm il-membri msemmija tal-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0127argu mill-Knisja ta\u2019 Saria bl-istandard blu iperper maz-ziffa tar-rih, warajhom imexew rapprezentanti tal-Fratellanzi ta\u2019 San \u0120u\u017cepp minn tmintax-il belt u rahal f\u2019Malta. Fl-a\u0127\u0127ar ta\u2019 din il-pur\u010bisjoni n\u0121arret l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp, li din ittie\u0127det lejn il-tribuna quddiem il-Knisja ta\u2019 San Publiu. Fil-waqt li mil-istess Knisja harget pur\u010bissjoni o\u0127ra li kienet iffurmata mill-Kaptilu Metropolitan, mill-E.T. Mons. Mikiel Gonzi Ar\u010bisqof ta\u2019Malta, mill-E.T. Mons \u0120u\u017cepp Pace Isqof t\u2019 G\u0127awdex mill-E.T. Mons Emanuel Gerada, Isqof Titulari ta\u2019 Tralles u Vigarju Generali tal-Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta, u mill-E.T. Mons. Costantino Trapani Isqof ta\u2019 Nicosia fi Sqallija, li kien gie mistieden g\u0127al-din l-okkazjoni. F\u2019dan il-korteo kienu \u0127adu sehem ukoll l-Onor. Prim Ministru ta\u2019 Malta, Dr. \u0120org Borg Olivier, li zamm f\u2019idejh im\u0127adda \u0127amra fejn fuqa kien hemm il-kuruna ta\u2019 deheb ta\u2019 San \u0120u\u017cepp. Ma\u2019 \u0121enbu mexa l-Prim Im\u0127allef Sir Antony Mamo li zamm ukoll im\u0127adda \u0127amra izg\u0127ar mill-o\u0127ra fejn fuqha kien hemm imqg\u0127eda l-kuruna tad-deheb tal-Bambin.<br \/>\nIl-Pjazza ta\u2019quddiem il-Knisja tal-Furjana, fejn saret l-Inkunurazzjoni f\u2019dan l-okkazjoni kienet ippakjata bin-nies minn kull parti ta\u2019Malta; li lag\u0127qu l-Istatwa u l-pur\u010bissjoni b\u2019\u0127afna \u010bap\u010bip u entuzjazmu.<br \/>\nIl-funzjoni bdiet billi raprezentanti tal-\u0127addiema Malti qara messa\u0121\u0121 qasir lill-\u0127addiema. Wara dan sar dikors imqanqal minn Fr. M. Uylenbroeck, Assistent Internazzjonali Kappilan taz-Zag\u0127azg\u0127 \u0126addiema Insara. Imbg\u0127ad saret prezentazzjoni tal-Kuruni; in-Nutar Dr. C.G. Vella qara l-kuntratt ta\u2019 donazzjoni, il-Prim Ministru deher g\u0127al-poplu Malti. Ir-Rettur tal-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat, il-Kavallier Alexander Dei Marchesi Apap Bologna, iffirma l-Kuntratt billi ntrabat li hu u s-su\u010b\u010besuri tieg\u0127u fl-Ar\u010bikonfraternita, i\u0127arsu il-kuruni u jassiguraw li qatt ma ji\u0121u mne\u0127\u0127ija minn fuq ras San \u0120u\u017cepp jew il-Bambin. Il-kuntratt \u0121ie iffirmat quddiem ix-xiedha tal-Wisq Rev. Parti Accursio Serri, Provin\u010bjal tal-Patrijiet Minuri, l-Onor. Im\u0127allef Antony Montanaro Gauci u l-E.T. Mons. Isqof Costantino Trapani.<br \/>\nL-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi bierek il-kuruni li kienu imqeg\u0127da fuq l-artal u \u0121iet intonata Quddiesa Pontifikali. Fl-Omenija tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil fidili biex jimxu fuq l-ezempju ta\u2019 San \u0120u\u017cepp fil-\u0127ajja tag\u0127hom.<\/p>\n<p>L-Inkunurazzjoni saret wara l-Quddiesa: L-Ar\u010bisqof l-ewwel pogga l-KURUNA fuq ras il-Bambin u wara po\u0121\u0121a l-KURUNA l-o\u0127ra fuq ras San \u0120u\u017cepp.<br \/>\nNumru kbir ta\u2019 kazozzi akkunpanjaw lill-istatwa nkurunata fir-ritorn tag\u0127ha lejn ir-Rabat.<br \/>\nId-dimostrazzjonijiet lill-istatwa kienu verament strordinarji u monumentali.<br \/>\nL-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Inkurunat g\u0127addiet trinofalment mit-toroq tar-Rabat fi Triqitha lejn il-Kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 San Pawl, fejn \u0121iet milqug\u0127 sollennement mill-Ar\u010bipriet tar-Rabat, il-Kan. Dun Pawl Attard u l-Kanoni\u010bi tal-Istess Kolle\u0121\u0121jata.<br \/>\nIl-Hamis 2 ta\u2019 Mejju fis-6.00pm kienet saret Transulazzjoni Solenni bl-Istatwa nkurunata, mill-Kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 San Pawl g\u0127all-Knisja ta\u2019 Santa Maria ta\u2019 \u0120esu\u2019. F\u2019din it-Transullazjoni kienu hadu sehem: l-Ar\u010bikonfraternita\u2019 ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat, ir-Retturi tal-Fratellanzi ta\u2019 San \u0120u\u017cepp ta\u2019 Malta il-Komunita\u2019 tal-Patrijiet Frangiskani Minuri; ir-Rev. Difinitorju tal-Provin\u010bja Maltija tal-istess Patrijiet Minuri, il-Kapitlu tal-Kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 San Pawl tar-Rabat; il-Kavallieri tal-Ordni ta\u2019 San \u0120wann u l-Kumitat tal-Festi tal-Inkunurazzjoni.<br \/>\nWara d-d\u0127ul tat-Transulazzjoni fil-Knisja ta\u2019 Santa Maria ta\u2019 \u0120esu\u2019, sar G\u0127asar Solleni u ing\u0127atat il-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Patri Accursio Serri Ministru Provin\u010bjal.<\/p>\n<p>1 ta&#8217; Mejju 1981<br \/>\n25 sena minn meta \u0121iet i\u010b\u010belebrata g\u0127al-ewwel darba l-Festa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0126addiem, 1ta\u2019 Mejju 1981.<\/p>\n<p>Biex ji\u0121i mfakkar il-25 anniversarju minn meta \u0121iet i\u010b\u010belebrata f\u2019Malta g\u0127all-ewwel darba l-festa f\u2019 \u0121ie\u0127 San \u0120u\u017cepp \u0126addiem fl-1 ta\u2019 Mejju 1956, 25 sena wara i\u0121ifieri l-1 ta\u2019 Mejju 1981, tni\u017c\u017clet l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Inkurunat fil-Kon-Katidral ta\u2019 San \u0120wann il-Belt fuq talba tal-Kumm. Djo\u010besana tal-G\u0127aqdiet tal-Laj\u010bi.<\/p>\n<div>Dakinhar fis-6.30 p.m. fl-istess Kon-Katidral saret Kon\u010belebrazzjoni kbira, fejn i\u010b-\u010belebrant prin\u010bipali kien l-E.T. Mons. Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca. Fil-bidu u t-tmiem tal-quddiesa saret pur\u010bissjoni bl-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Inkurunat bis-sehem tas-sa\u010berdotti kon\u010belebranti li kienu mmexxija mill-fratelli ta\u2019 l-Ar\u010bikonfraternita ta\u2019 San \u0120u\u017cepp tar-Rabat. Matul il-quddiesa l-istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0121iet imqieg\u0127eda fuq il-presbiterju tal-artal Ma\u0121\u0121ur, fa\u010b\u010bata tat-tron tal-Ar\u010bisqof g\u0127al-qima tal-Kongregazzjoni kbira prezenti li kienet mi\u0121bura bi \u0127\u0121arha fil-Kon-Katidral. Fil-bidu tal-quddiesa saret \u010berimonja tal-pre\u017centazzjoni u tberik tal-g\u0127odod minn Mons. Ar\u010bisqof.<\/div>\n<div>Wara li spi\u010b\u010bat il-quddiesa l-istatwa \u0121iet me\u0127udha r-Rabat privatament sa quddiem il-Knisja tal-Agostinjani. Minn hemm twasslet b\u2019korteo sal-Knisja ta\u2019 Santa Marija ta\u2019 \u0120esu\u2019, akkumpanjata bid-daqq tal-innijiet \u0120u\u017ceppini mill-Banda L\u2019Isle Adam. Fid-d\u0127ul tal-istatwa fil-Knisja, tkanta it-Te Deum u saret \u010aelebrazzjoni Ewkaristika.<\/div>\n<\/div>\n<\/div>\n<!--CusAds0-->\n<div style=\"font-size: 0px; height: 0px; line-height: 0px; margin: 0; padding: 0; clear: both;\"><\/div>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Avveniment Importanti 1956 Avvenimenti Importanti marbuta mal-Istatwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Inkurunat: L-1 ta\u2019 Mejju 1956: kien propju f\u2019 dan il-jum li l-Knisja f\u2019 Malta i\u010b\u010belebrat g\u0127all-ewwel darba il-Festa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp \u0126addiem f\u2019 asspett nisrani. G\u0127alhekk fid-data mesemmija il-Knisja Maltija naqg\u0127det mal-Kumplament tad-Dinja Kattolika u \u010b\u010belebrat g\u0127all-ewwel darba fl-istorja dan \u2026 <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/?page_id=132\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":4,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-132","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/132","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=132"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/132\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":158,"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/132\/revisions\/158"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanguzepp.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=132"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}