Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Thabbret il-mewt ta' Winston L. Zammit minn Tas-Sliema. Li huwa ricerkatur, storiku u kittieb, ghall-bosta snin kien ta' kontribut fil-ktieb annwali tal-Festa ta' San Guzepp tar-Rabat. Huwa hadem qrib il-Patrijiet Frangiskani gewwa l-Parrocca tal-Madonna Sacro Cour f'Tas-Sliema li taghHa kien devot. Kellu devozzjoninkbira lejn il-qaddis taghna San Guzepp. Nhar it-Tnejn li gej tinghata l-ahhar tislima lil Winston fil-Parrocca Madonna Sacro Cour f'Tas-Sliem. Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta' dejjem. (23 likes, 12 comments)

Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Festa ta' San Martin Bahrija Nawguraw il-Festa t-Tajba lir-residenti kollha tal-Bahrija. Nifirħu lkoll mal-Knisja f’din il-festa ta’ San Martin, li llum is-Sid sejjaħlu għall-ħlas ta’ dejjem, għax hu qdieh fis-sewwa fil-għalqa tiegħu. Kien bniedem ħajtu kollha magħqud m’Alla, raġel ta’ l-għaqal, twajjeb, umli u mistħi, għaraf jitrażżan u żamm ruħu safi, fis-sliem u sieket. Sikwit fuq qabru b’tama jersqu l-morda u jħossu x’qawwa għandu quddiem Alla, għax m... (31 likes, 2 comments)

Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Tislima Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Mro. Ronnie Debattista, surmast direttur tal-Banda De Rohan ta' Ħaż-Żebbuġ li ta' kull sena l-imsemmija banda takkumpanja l-Vara ta' San Ġużepp nhar id-19 ta' Marzu mat-toroq Prinċipali tar-Rabat, taħt it-tmexxija tiegħu. Aħna ngħatu l-kondolajzni lil Familja Debattista kif ukoll lil Każin San Ġużepp Banda De Rohan. Agħtih O Mulej l-mistrieħ ta' Dejjem. (50 likes, 25 comments)

Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

SEMINAR Bit-tħejjija għall-Avvent, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, se torganizza Seminar għall-Fratelli u l-Konsorelli membri tagħha nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru bejn id-9.00 a.m. u 1.00 p.m., fid-Dar tal-Irtiri Porzjuncola – Baħar iċ-Ċagħaq. Prezz ta’ €25 li jkopri l-prezz tal-ikel u x-xorb. Applikazzjoni għal dan is-Seminar għandha ssir għand Rev. Patri Ramon Farrugia O.F.M., sa nhar l-Erbgħa 15 ta’ Novembru. In-numru ta’ persuni għal dan is-Seminar huwa l... (4 likes)

Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Jum it-Tifkira Nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru, 2017 huwa Jum it-Tifkira ta’ dawk kollha li sfaw vittmi minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk dak in-nhar l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp bħal kull sena se tfakkar dawk il-Vittmi Rabtin li mietu matul din il-Gwerra, b’ċelebrazzjoni tal-Quddiesa b’suffraġju għar-ruħhom fl-9.45 a.m. fi Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani u wara jsir Korteo minn quddiem il-knisja għall-quddiem il-Monument li ... (13 likes, 1 comment)

Page wall post by Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

TIFKIRA TA’ ĦUTNA MEJTIN FRATELLI U KONSORELLI TAL-ARĊIKONFRATERNITÁ TA’ SAN ĠUŻEPP Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Novembru 2017, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp se tfakkar il-Fratelli u l-Konsorelli mejtin tagħha b’ċelebrazzjoni tal-Quddiesa b’suffraġju għar-ruħhom fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp, fis-6.00 p.m. Wara jsir t-tberik tal-fdalijiet tal-istess Fratelli u Konsorelli mejtin li jinsabu midfuna fil-Kannirja taħt l-istess Santwarju. Il-Fratelli u l-Konso... (7 likes)